top of page

ECCE UOMO

Hekku l-bniedem, harsu lejn ir-ragel.

Hekku l-bniedem, li huwa jien

.......hares lejn il-mera muntun!

 

Thares lejja minn gol mera kienet il-persuna tieghi.

Gharaft lili innifsi, lili rajt car,

Rajt dak kollu li skoprejt,

rajt kemm sirt patetiku,

u emnuni hadt hasda kbira.

Din il-vizzjoni orribbli,

li qatt qabel ma kont rajt kienet insupportabbli.

Ippruvajt insib soluzzjoni ta’ kif spiccajt f-dan l-istat.

 

Il-sinjal tal-verita baqghet stampata f’mohhi.

kienet figura li ggieblek hniena,

wicc imqarras,

b'daqna goffa aktar bajda milli sewda.

Osservajt ukoll li l’ghajnejn kienu mnikkta,

u f’qalbi hassejt dwejjaq kbir,

ghaliex ilmaht dmugh hiereg minn go fihom.

 

F’dak il-moment skoprejt il-verita.

Dak li rajt fil-fatt kienet deskrizzjoni ta’ hajja anormali u minghajr moralita.

Dik il-figura ma’ nnsejta qatt!

Minn dak il-hin hlift li ma nharis izjed lejn il-mera,

ghaliex dak il-wicc orribli bqajt nohlom bih ghal zmien twil.

B’kunsiderazzjoni attentiva,

rnexxili nghatti l-merja kollha li kelli fid-dar,

biex meta nersaq lejhom,

ghalkemm huma mghottija,

xorta ghajnejja naghlaq,

Meta nohrog nixtri ma nharis izjed lejn il-vettrini tal-hwienet,

halli ma narax ir-riflessjoni tieghi,

u jekk ikolli bzonn nidhol minn xi antriporta,

nidhol b’ghajnejja mbexqa.

 

Ecce Homo!

Harsu lejn ir-ragel,

li huwa JIEN il-figura fil-MERA!

bottom of page