top of page

HOLM

Ghaliex?

Ghaliex dawn il-vizjonijiet?

Ghalfejn?

Ghalfejn dawn il-grajjiet?

Forsi l-kuzjenza?

Ir-rimors?

Il-htija?

Ir-riżentiment?

 

Id-dispjacir li hassejt....

Il-melankonija li kaxkart mieghi dawn is-snin kollha.

Il-holm.....

il-kruha tal-grajjiet li nara meta nkun rieqed,

L'gharaq kiesah, jinzel ma gismi kollu,

nitqalleb l'hemm u l'hawn,

sakemm indur u ninstabat ma' l-art.

Inqum sturdut u imhawwad.

 

Ghaliex?

Ghaliex dawn il-vizjonijiet?

Halluni holm bikri,

rrid norqod,

nistrieh.

Nista nistrieh,

nimtedd fil-paci,

fis-sliem,

fil-barka................

.....................................ta' lejl sabieh?

bottom of page