top of page

L-IMHABBA GENWINA (1)

Tidhaq u tifrah,

wiccha sabieh,

u jien?.............

Inhobba biss,

mohhi fiha,

il-hin kollu,

l-gurnata shiha.

U hi?

L-istess ferhana u tifrah bija?

Ma nahsibx,

ghax mohh ir-rih,

nipprova,

u nibqa nipprova,

nittama ghax inhobbha,

biex fl-ahhar mohh tar-rih,

jidbiddel.

Dari ma-saqqu,

nirrifletti b'wicci lejn is-saqaf,

nahseb f'wicc sabieh,

 

li sahharni,

genninni,

qanqalni,

bikkini.

U dan il-wicc,

jibqa,

(baqa wara da iz-zmien kollu)

stampat fl-imaginazjoni,

mohhi fiha,

minghajr mistrieh,

ghax mieghi,

hi kattiva,

bla karizzi,

ghax taf li nhobbha.

U nibqa hekk,

nahseb,

fis-sodda,

fuq il-bejt,

fil-knisja,

waqt li mixi,

kullimkien,

minghajr nifs,

nahseb.....

......nahseb,

u nibqa nahseb,

u ghadni nahseb sal-lum,

hafna u hafna snin wara.

Nimxi fi triq,

idha f'idi,

wicci lejn l-art imdejjqaq.....

U hi?

 

Thares l'hawn u l'hemm,

bla ma tintebah,

b'qalbi mweggha,

imbikkija,

minfuda.

U nibqhu mixjien,

ma' n-nies tant ferrieha,

kulhadd ferhan,

minbarra jien,

ghax naf,

ninsab cert,

imhabbita dubjuza,

ghax tarani,

nghix hajja artificjali,

hajja misterjuza,

ta' fantasija u lluzjoni,

hajja alkoholika,

li qed titturmenta l-imhabba t' go fija.

U nibqa hekk,

wicci lejn l-art,

imdejjaq.

Kont inhobba,

ghadni,

u nibqa,

avolja nfridna,

ghax tlaqt min din l-art,

u mort il-boghod.

Kont inhobba,

ghadni,

u nibqa,

avolja zzewwigt mara ohra,

u hi mizzewga wkoll.

Kont inhobba,

ghadni,

u nibqa,

U hi?

 

Ma nafx,

Kif nista naf il-verita,

meta ili ma narha zmien twil?

Ghadda z-zmien,

u ghadni ddispjacut,

u nibqa ddispjacut,

minghajr ma naf,

l-iskop tal-hajja,

imma nibqa nhobbha,

waqt li nohlom li rajtek,

bil-libsa bajda,

sabiha,

b'dik it-tbissima,

fuq irkopptejk,

fi knisja mill-isbah,

quddiem l-artal,

tistenna lili nersaq lejk.

U nersaq bil-mod,

nitbissimlek,

u f'mohhi,

paci,

ferhan u kuntent bik.

Imbaghad nistenbah,

u nsib li ghadni minghajrek,

mindud fis-sodda,

ma' mara l-ohra,

marti!

U ghadni l-istess,

nizzeffen u nittama fik,

b'demgha f'ghajnejja,

nipprova nimmagina dak wiccek gdid,

il-wicc li naf jien,

dak il-wicc,

 

li sahharni,

genninni,

qanqalni,

bikkini,

ta' meta kont ghadek zaghzugha,

u li ghadu stampat f'mohhi,

li jhallini bil-ghatx,

u fuq ix-xwiek,

nizzeffen,

mimmli tama li nerggu niltaqghu,

b'imhabbti pura,

imma mfixkla.

Issa,

harsti cassa,

bi hsiebijiet il-boghod,

u forsi int thares lejja f'mohhok,

tipprova tifhem x'ghandi f'qalbi,

x'ghandi f'mohhi,

u ghaliex infriddna.

Imma le,

ma tifhimx,

ghax hiebek mhux fija,

ghalhekk harsti imqita,

b'demgha ticcarcar minn ghajnejja,

Izda ma nafx,

le,

ma' ninsiex,

ma' ninsa qatt,

dan huw d-destin tieghi,

destin krudil u minghajr rimorz.

It-tabakk jaqbad,

bil-mod,

ma kull nifs li nigbed,

u d-duhhaq jevapora,

jifforma shaba,

u f'din is-shaba mcajpra,

nilmah dak i-wicc sabieh u zaghzugh,

wiccek ghaziza,

 

dahqan,

ihares l'ejja minghajr ma nkelmek,

minghajr ma, nmissek,

minghajr ma' nbusek,

ghax tinsab il-boghod,

il-boghod hafna,

f'qalbek,

iebsa,

bierda,

minghajr tqanqil,

ta' mhabba xierqa,

ghalija.

bottom of page