META NKUN WAHDI
Nipprova nintervjeni
bejn qalbi u mohhi,
Inkanta
u nerga nkanta,
kanzunetti morbidi,
ghaliex qalbi m'hiex perfetta
Qalbi imtaqba,
mimlija dwejjaq kbar.
Nghix ?
Nghix bhala qaddies,
meta
ninsab mohbi taht libsa xitana.
nippretendi li jiena xi haga ohra
ragel iehor,
ghaliex j fil-fatt
ninsab mejjet,
minn fuq s’isfel
minn gewwa.
X'naghmel?
X’nagmel
meta inkun wahdi?
Specjalment meta jasal il-lejl?
Inhossni imbezza,
anzjuz bil-hsibijiet li jzuruni,
u ma norqodx
le ma norqodx,
raqda tas-sliem.
Jiena naf min jien
sewwa;
ninsab b'sahti
u mohhi normali,
l-attitudni li nuri,
jahsbuni b'wicc b'iehor,
ghaliex fl-aktar postijiet mudlama,
terribli u makabri nkun.
Jiena ragel!
Ragel ta' zewg ucuh,
wicc wiehed pulit u edukat,
l-iehor laghbi u sakranazz.
L-ewwel wicc,
dgħajjef u fragli,
waqt li l-iehor,
hazin huwa mishut.
Il-pacenzja hija kbira,
B’dawn il-vizzji,
Li tefghuni f’art imhammla.
Hija tassew
pacenza meraviljuza;
u ghalkemm qalbi
tinvoka ma mohhi,
ir-rieda tgheleb kull ostaklu.
Go widnejna
Smajthom jghidu
meta tkun onest,
Il-gwerra hija nofs mirbuha,
ghaldaqstant
qalbi ma naqatax
u nibqa nittama,
li b'qalb onesta
nerbah il-battalja kollha.