FDALIJIET IMKISSRA
Il-fdalijiet ta’ hajja mkissra,
kif niftakarha jien,
m’huma xejn hlief ramel u zrar.
Il ftit bicciet li niftakar,
minhiex kburi,
u lest li nikxifhom quddiem kulhadd.
Imma x’hinu l-pont,
li nikteb dwar il-fdalijiet ta’ hajti jekk ma nispjegax?
Jien minhiex ragel bla respett,
minghajr kunxjenza,
kattiv jew makak.
Jien minhiex kesahlu,
ghal kuntrarju,
jien zammejt ruhi wahdi hafna mill hin,
minbarra meta kont nipproduci u nidderigi drammi fuq il-palk xi snin ilu,
Dan ifisser kont niltaqgha ma’ hafna nies.
U din kienet il-kawza tar-rovina tieghi.
Meta tafda ruhek ma kulhadd,
ftit minnhom jipprofittaw mill genorisita li toffri,
u meta ma tistax toffrilhom aktar innejjtivi,
jibghatuk tiehdu f’ghox kemm ghandek.
U dan kien l-izball tieghi ghax fdajt lil ghajri.
U issa ninsab imdawwar b’hafna bicciet u fdalijiet,
li pprodecit hajt mibni madwar dawk l-isfortunati li jghixu mieghi
li gibt b’idejja huma fil-fatt minghajr tiswija u tilfu l-kontroll!
Fil-fatt nahseb li qed nitlef ftit il-boxla.
F’gieh kemm hemm,
mhux nahseb imma naf li qed niggennen………
…………….Jekk minhiex mignun diga!Il-fdalijiet tar-rovina u d-disasstru.