MAQFULA
F'kaxxa tal-kartun
hassejtni nghix dawn l-ahhar ftit snin.
Maghluq f'postijiet mudlama,
bhal cella minghajr twieqi, minghajr tama u nifs maqtuh.
Sakemm nieqaf, naghlaq ghajnejja
u nisparixxi fix-xejn.
F'reċipjent
kont maqful ghall hafna snin,
nikkuntempla f'hajja morbida
li l-ghaziz destin tieghi kien tant generuz li jaghtini.
Hajja mimlija aġitazzjoni, dipressjoni u niket.
Issa ninsab f'pakkett
imgeżwer folja tal-plastic tant maghfusa li bil kemm nista niccaqlaq.
Bhal qalbi, mgezwra f' niket u dwejjaq kbar.
Hajja li ghext f'dispjacir kbir minn mindu kelli erbatax il-sena.
Imma issa lest li nintefa fl-infern.
It-tebut
li fih norqod mhux komdi
ghax l-emozzjonijiet huma rqaq minghajr raguni.
Ghajnejja iharesu u jiccassaew fix-xejn,
ghaliex il-konċentrazzjoni evaporat u l-unika raguni li qed nghix
hija ghaliex l-ghaziz destin
ghadu ma d-decediex meta sa jaghtini l-ahhar tislima,
fil-fatt ikolli nghix skjav tieghu.
Kastig ghal dak kollu li ghamilt matul hajti.
Il-qabar
li qed jistennini huwa antik u mfarrak,
bhal gismi,
jixjieh malajr,
minghajr ma nirrejalizza
li ghadni qed nghix hajja ta' rrabjata,
mimlija mizerja.
U issa l-ghaziz u l-fidil destin tieghi
jistenna bil-pacenzja kbira, it-tmiem ta' hajti.
Lest li jibghatni x'imkien terribli
fejn insoffri l-akbar hajja eterna max-xitan stess!
Maqfula
tinsab hajti.