SILENZJU
It-tisfir kostanti,
silenzju
iz-zanzin f’widnejja
silenzju
vuċijiet minn kullimkien
silenzju.
Min fejn gejjin dawn il-hsejjes kollha​
mill-lvant jew mill-punent?
Hsejjes kontinwu ta’ smigħ mudlam​
silenzju
inħossni wahdi.​
Fejn hija l-kalma?
​
Il-bomba qawwija splodit
silenzju
is-sikkina nidfet il-qalb
silenzju
il-balla nifded il-mohh
silenzju.
Ma nistax insib il-paci!
Min fejn gejjin dawn il-hsejjes kollha​
mit-tramuntana jew min nofsinhar?
Hsejjes kontinwu ta’ smigħ mudlam​
silenzju
inħossni wahdi.​
il-qalb waqfet
silenzju
L-ghatu tat-tebut inghalaq
silenzju
b’tisbita nizluh fil-qabar
silenzju.
Requiem aeternam.*
*mistrieh ghal dejjem
