MORT SAL-GENNA
Angli u kerubini kullimkien
l-arkangli migbura flimkien.
Il-qaddisin inghaqdu fis-smewwiet
Wasalt il-genna saltna tas-saltniet.
L’angli iħarsu lejja qeghdin
il-kerubini suspettuzi iharsu lejn xulxin.
l-arkangli mhuhiex ċerti bija
l-qaddisin ifitxuli d-dnubiet mohbija.
Il-genna tidher ġenna hija
kuntentizza sublimi minghajr tbatija.
Pietru f'idejh izomm ic-cavetta
filwaqt li Pawlu l-erwieh jaccetta.
Mattew u Ganni, Marku u Luqa
l-evangeli taghhom gew misruqa.
Gabriel jinvestiga s-sitwazzjoni
Mikiel jirrifletti fuq din azzjoni.
Il-Mulej lil-erwieħ joffrilhom l-kwiet
ommu bil-qeghda hdejh titbissem fis-skiet.
Jien madwarhom iccassat inhares lejhom
rajt lill kulhadd hieni ghalhekk poggejt hdejhom.
Il-fjur u pjanti ta’ kull kulur ta’ gmiel mistur
Gesu wahdu that sigra qalbu bl-imhabba taghna tfur.