top of page
SODISFAZZJON BLA RITMU
Il-lejl gdid dalwaqt ikun maghna jirrifletti il-grajja tal-ghodwa
il-mibgheda l’ ikkawzajna minghajr ma naghtu kaz tal-fidwa.
Il-qamar jirrenja fis-skiet ta’ lejl imxarrab
waqt b’ghajnejja miftuha fuq is-sodda nitkarrab.
Ix-xemx qawwija tizreg fuq in-nies konfuza
imhawwdha ghax il-kelma imhabba hija misterjuza.
Il-qilla ta’ xita mahmuga niezla fuq art imkassbra
fuq ruhna kkundannata w minghajr mahfra.
Ir-rih qawwi mit-tramuntana jissielet kontra s-sigra batuta,
bla weraq, minghajr frott, abbandunata bhal qalb mishuta.
Nitwieldu u nikbru nitghallmu it-tajjeb mill-hazin
immutu bla kuxjenza, midfuna fl’abissi minsijin.
bottom of page