top of page

KUXJENZA KATTIVA

Fejn kont?

ma nafx, ma nafx,

fejn kont ma nafx.

Tistaqsiniex izjed.

Mohhi ghajjien,

memorja mcajpra,

hsibijiet inhawda,

u fejn kont ma nafx.

Fejn kont?

ma nafx qed nghidlek,

xi trid minni?

x’ghamiltlek?

hallini,

mhux diga qarrejt kollox?

fejn kont dak in-nhar ma nafx!

Insejt!

il-memorja hallitni,

mohhi vojt,

waqt li qalbi ghajjiena.

Kemm int kattiva,

kuxjenza ghaziza,

ghaliex tippersisti,

inti taf aktar minni,

imma trid lili li nammetti.

Kuxjenza tal-abilita,

nitolbok,

kuxjenza tal-fakulta,

tal-perċezzjoni

u tal-prudenza,

ghatini ftit sliem u paci.

Kuxjenza li tirrifletti bejn it-tajjeb u l-hazin,

ghaliex qed titterturani?

Fejn kont?

kont mal-mara ta’siehbi,

f’lukandi mill-isbah,

nitpaxxa b’gisimha,

waqt li zewgha,

instab mixhut fl-art,

f’gharqa ta’ demm.

Kuxjenza kattiva,

xi trid izjed minni?

hallini,

itlaq u tergax tigi aktar go fiha,

minghajr kuxjenza,

nghix f’liberta assoluta,

minghajr inkwiet u dubji.

bottom of page