IX-XJUHIJA
U ghadda z-zmien,
zmien iz-zoghzija,
is-sahha,
il-kuntentizza.
Ninsab mixhut wahdi,
nirrifletti,
x'ghadda min ghalija,
u demgha shuna nhossha taqbez minn fuq xfar ghajnejja,
iggelben ghal fuq hugbejja,
ghax niftakar fil-gid li kelli ma ghajri.
Insosstni,
lil dak iz-zaghzugh,
li mohhu biss,
biex jeqred,
ifarrak,
ikisser,
il-paci li darba kienet f'qalbi.
L-imhabba tieghi,
nhossha tikber,
ma kull sekonda li tghaddi minn fuqi,
ghaliex qalbi xiha,
imma mqanqla.
U nerga niftakar,
meta dari kont inhobb,
nixxala,
niddeverti,
niccacra,
u ninbex lix-xemx ghaddejja.
U issa ninsab hawn,
wahdi,
ghajjien u marid,
nirrifletti,
u nhoss ix-xjuhija,
taghfas fija,
waqt li nistenna bla pacenzja,
minn mument ghall-iehor,
li jasal dak il-waqt,
waqt,
li hadd mhu kapaci jirresisti,
mbaghad,
nintemm ghal dejjem,
ghal qatt!