MINSI
Hafna snin ili midfun minghajr mistrieh,
minsi minn kulhadd f’dan id-dlam perpetwu,
minghajr gisem,
emozzjonijiet,
u rejazzjoniiet.
Hafna snin ili midfun minghajr,
injorat,
f’toqba kiesha imma komda,
injorat,
minn barra l-grieden,
li ta’ spiss izuruni.
Hafna snin ili midfun minghajr armonija,
F’hofra go art kiesh,
mghottija b’haxix hazin,
minghajr rikonċiljazzjoni,
kompromess,
jew soluzzjoni.
Il-mahbuba,
l-unika persuna li tigi zzurni,
tpoggi bukkett fjuri ,
u l-fwieha tal-gilju,
tinfed l-art sakemm din it-toqba,
timtela b’aroma qawwija ,
li taghtini qawmien mill-gidid,
rivitalizzazzjoni komplita.
Imma l-mahbuba,
ma tafx x’hinu ghaddej minni,
hawn taht,
minsi minn kulhadd.