top of page

IMMISS MINGHAJR MA NARA

Nista npingi isbuħija
mingħajr l-għajnuna ta
għajnejja?
Nista nilmah id-dawl tax-xemx

is-sħab jitbandlu lejn it-tramuntana
jew napprezza l-hajja meraviljuza?


Ippruvajt u rnexxieli
f’daqqa wahda sirt ossessjonat b’din l-attrazzjoni.
L-għomja jsejhulhom sfurtunati
madankollu issa  qed ingawdi misteru dgid.

Immiss u nhoss,

nhoss u immiss

sensija sospiżi b'sodisfazzjon fenominali.

Issa sirt kapaci imiss li rrid b’ghajnejja mghottija
minn annimali u oġġetti oħra.


iżda l-gisem uman huwa ferm aħjar
inhoss il-gilda sħunu u ratba
ma
nistax  inxebbah ma suġġetti oħra.



Hassejt Il-gisem  b’atmosfera sensitive u mimlija tensjoni
speċjalment il-sensazzjoni tal-ġilda
femminili..
Il-kuntatt
mal-gisem in-nisa sari l- vizzju tiegħi
Meta nhoss il-wicc, il-ġenbejn, il-koxxtejn u ir-riġlejn
imissom bil-mod qisni qed indoqq  il-vjolin.

Nimmasegga il-gisem saret il-fissazzjoni tiegħi
nghaddi hafna mill- ħin nikkontempla s-sentiment.
Għajnejn
mghottija fil-ghodu u bil-lejl

fi dlam cappa,

immiss il-gisem f'moħhi,

nimmaġina b’attenzjoni kbira

madanakollu minhiex issodisfat.

 
Stampi
u ritratti, statwi u ghamara,

ħsejjes għall-widna u hsejjes ghal-moħħ.
missejt gradenzi, mwejjed u siġġijiet
nistabbilixxi l-qawwa setghana mudlama.

immiss minghajr ma nara b'mod prudenti

u r-raffinat.

Ghadda z-zmien,

minuta wara minuta,

siegha wara siegha,

gimghat, xhur u snin;

Madwari ma nnotajt xejn izjed

hassejt l-imġieba tiegħi stramba tassew,
kont ninsab gharkuptejja imiss gisimha,
dak li ġara
wara kien totalment ghall-gharrieda,
deher
li  li gismi kien beda jitbiddel.

Ġism
i kien jitħabbel ma taghha,
kull darba Ii misejt wiċċha, ħass l-istess fuq wicci,
istess
il-messaġġi fuq koxtejha, u saqajja
tant inhsadt li l-biza bagħtet roghda fl-ispina ta’ dari

bottom of page