top of page
F'POST MISTERJUZ
F’POST MISTERJUZ
Nibza mid- dlam​
nibża ghax maqful​
minghajr ebda ħoss
fis-skiet komplit
minn dan kollu mistohbi
hawnhekk
niedja l-atmosfera
għal żmien twil
kwazi naqta nifsi​
smajt ftit vuċijiet​
il-biza mbidlet f’dillirju​
bdejt nghati b’saqajja
indur minn naha ghal-ohra
ghajta kbira,
waslet f’widjena​
minnufih bdejt nizzerżaq​
ilmaht id-dawl
waqajt f’roqa tad-demm
sibt ruhi mdendlin,
mall-kurdun taż-żokra.

bottom of page