top of page

KEMM NIXTIEQ KELLI

Kemm nixtieq kelli setgha qalila,

sabiex neqred,

l-egojizmu li qed jintiret

mill-generazzjonijiet.

 

Kemm nixtieq kelli setgha qawwija

sabiex inkisser u nfarrak

id-droga fewdali kif ikollok lil-fornaturi,

li qed jeqirdu l-razza umana

bil-mod il-mod.


Kemm nixtieq kelli li s-setgha

sabiex ninvestiga d-djar ta 'għajb

fejn tfajliet zaghzugha qed jigu manipulati
biex iwettqu sess ma' min ikun

ghall flus biex ipaxxu lil siehibhom.


Kemm nixtieq kelli qalb imqita,

sabiex nfarrak,

 il-vjolenza li qed tkisser,

ic-civilta umana.


Kemm nixtieq kelli qawwa setghana,

sabiex forsi nbiddlel,

Il-mibgheda u l-ghira,
f'imhabba sinciera.


Kemm nixtieq kelli mohhi mdawwal,

sabiex nghallem,

il-verita tal-hajja,

u forsi jasal il-jum,
li ninaqdu flimkien f-katina wahda.


Kemm nixtieq kelli s-setgha

sabiex nghaffeg il-pedofiliji kollha

li jabbuzaw lit-tfal,

iweġġgħuhom
u kultant anke joqtluhom.


Kemm nixtieq kelli s-setgha

sabiex ma nahsibx izjed

dawn il-hsiebijiet morbida

li qed jibbumbardjawli rasi.

bottom of page