top of page

IL-MERA

Inhares lejn il-mera,

x'nara?

Nara wicc!

Inhares aktar fil fond,

nikkoncentra sew,

u nibqa nhares.

 

Imbaghad nintebah,

nilmah xbieha li fiha nista nara x'hemm go fiha.

Qatt ma stennjet dik ir-riflezzjoni f'dak il-wicc.

Qatt ma bsart li sa nsib kopja,

xbieha ddublikata ta' hajja miserabli.

 

Ix-xbieha li nara f'dik il mera,

ix-xbieha tieghi nnfisi,

mhiex falza w lanqas artificjali.

Ir-riflezzjoni ccahhad l-verita tal-emozzjoni li nhoss,

li stat medjorku tal-ezistenza tieghi,

l-htija enorma li ngorr kuljum fuq spallejja.

 

Nara r-replika tieghi nnfisi,

ir-riprezentazjoni tieghi nnfisi b'dettajli li qatt ma lmaht qabel.

Reprezentazjoni ta' zewg ucuh.

Il-mistoqsija li giet f'mohhi f'dak il-hin,

ninsab ferhan b'dak li qed nara?

 

Kuntent b'dik il-vizzjoni ta' gol-mera?

bottom of page