IL-QAHBA
Tara tippassiga,
fi triq mudlama,
mifxula,
ghax gieha ntrema,
fil-moghdija,
bla tama.
Tieqaf,
hekk f'salt wiehed,
ghax lemhitu,
l-vittma taghha,
mimli fohrija,
bi flus mohbija.
Wiccha mqarras,
hu jissokta ferhan,
jaqbdila sorma,
jghaffasa mieghu,
u hi mgarrfa,
b'dan l-ghemil mahmug,
u thossha mbezzgha,
waqt li tibda titnezza,
biex terga tinhexa,
mhux darba jew tnejn,
imma min qieghed jghodd?
Il-haxja tintem kompluta,
bhal dejjem mitmuma,
fi triqat jew f-appartament,
imbasta mqarrqa,
bit-tahwid tal-frugha,
sakemm terga taqa'
fi triq tal-bluha.
Min ilumha,
jekk waqghet f'din is-sura?
Ir-rieda hija taghha,
u taghha biss.
Ghaliex iddecidiet li tbiegh gisima,
biex taqla l-flus?
Tant saret popolari din il-qahba,
li ghamlet offerta,
Ahxini darba, u intik haxja ohra b'xejn!
X'kummerc!