top of page

L-IMHABBA GENWINA (2)

Dak il-wicc zaghzugh tal-mahbuba,

Dak il-wicc li kont naf sa llum sparixxa.

Dak il-wicc li tant habbejt telaqni ghal dejjem.

X'disgrazzja.

Imma fejn hemm id-disgrazzji hemm l-hena.

Iva l'hena,

Kuntentizza,

Ferh tal qalb mimlija ugieh,

Paci u sliem ghandi issa,

Ghaliex issa qed nara wiccha tal-present.

Wicc matur,

Wicc sabih

Wicc li ghadu jsahhari,

Wicc li ghadu jgennini,

Wicc li ghadu jqanqalni,

Wicc li ghadu jbikkini,

Wicc li ghadu jhalli bil-ghatx ghal imhabitha.

Wicc li ninsab grat lejn Alla li taghni l-opportunita li nara,

Wicc il-mahbuba,

Wicc li jigri x'jigri jibqa mieghi sa kemm nintemm,

Sakemm jidfnuni,

U dak il-wicc jibqa mieghi, ghax fuq idi llemina huwa stampat,

Ghal dejjem,

Sat-tmiem,

Sakemm nergghu niltaqghu,

Zewg erwieh mixjien id f'id fi hdan Alla.

F'dak il-wicc hemm dik it-tbissima sublimi,

Tbissima li ghalija kienet u ghada honesta,

Sinciera,

Li feritli qalbi,

U meta d-demm tferrex kullimkien,

U qalbi ma felhitx aktar,

Spiccat nieghx f-illuzjoni,

Nghiex biss fl-immaginazzjoni,

Stimulata bix-xorb alkoholiki,

Li ta' kuljum nixrob,

Ghax inhobba,

U nibqa in hobba ghal dejjem,

Minghajr ma naghmuillha hsara,

Minghajr ma ngalha tbati,

Minghajr ma nabbuza l-hbiberija taghha,

Minghajr ma nhalliha taf dak li ghadni nhoss.

Ghaliex hija l-aktar haga pura li fadalli.

Hi, l-mahbuba

li ma nsejt u ma ninsa qatt.

PATTA WARA PATTA

Il-qamar jiddi fi skiet ta’ lejl sajfi

stillel ckejknin mifruxa l-hawn u l-hemm

is-sikkikina tinfed il-qalb tal-innocent

jistabat ma l-art f’roqgha tad-demm.

 

Il-qattiel jitbissem tbissima sarkastika

l-vendetta twetqet u jinsab issodisfat

is-sikkina nghaddaf mill-qtar tad-demm

jitlaq kuntent imma giehu kkundannat.

 

Kien ilu zmien jistenna il-mument ta’ tpattija

minn dak in-nhar li ibnu miet imtajjar b’karozza

is-sewwieq li tajjar lit-tifel u baqa ghaddej

issa jinsab mejjet ukoll b’delitt li jbezza.

 

Patta wara patta jghid il-proverbju Malti

qtil huwa qtil anke jekk hemm raguni tajba

ghalhekk hadd mghandu jiehu l-ligi f’idejh

inkella insiru bhal-annimali minghajr imhabba.

 

IL-PESSIMISTA

Kollox ikrah

dejjem nilma

f'qalbi

fil-poezija

bikrija u kollha stmerrija.

 

 

Il-mohh ghajjien

ta' pessimista li huwa jien

bi tqanqil tal-hsibijiet

kollha hruxija

mimlija b'gegwigija.

 

 

Emozzjonijiet li wasluni

mghaffeg

f-art ramlija

minhabba n-nuqqas ta' misthija

go fija

li ghelbitli l-irgulija

u nara kollox bi stmerrija.

bottom of page