top of page

FIRDA MA' FIRDA

Nitbieghed,

minn dawk li ghozzewni,

habbewni,

ghalik.

Nixtieqek tifhem il-qalb tieghi,

kieku biss tilmah,

il-vizzjonijiet li ta' spiss izuruni,

mimlija riflessjonijiet morbidi,

li jhalquk ghatxan.

 

U jiena hawn,

waqt li int hemm,

nistenna,

u int tistenna,

li ma tieghi f'tieghek jithallat id-demm.

Minghajr ma nintebhu,

kemm qlub sa nwegghu,

ghax dak huwa d-destin,

destin sabieh,

destin kiefer,

basta miehek,

imwarrab minn kulhadd.

 

Imma x'jiena nghid,

le, le  ma jistax ikun,

ghax habbejtejk

bhalma haddiehor habb lili,

qalb ma' qalb,

firda ma' firda.

 

Nerga nsib l-imhabba li evitajt,

jew b'ghemili jien zbaljajt?

bottom of page