KWATERN
KWATERN hija tip ta 'stanza, jew poeżija kompluta, li tikkonsisti f-erba' linji.
il-kwatern ivarja f’hafna forom u jidher fil-poeżiji mill-tradizzjonali poetika ta’ ċiviltajiet qedem varji li jinkludui il-Greċja Antika, Antika Ruma, u ċ-Ċina ub kompliet fis-seklu 21, fejn bosta xogħlijiet kienu gew ippubblikati f'ħafna lingwi. Matul dak iz-zmien l-Ewropa, fil-Lvant Nofsani u speċjalment fl-Iran, poeti bħal Omar Khayyam baqgħu jiktbu b’din il-forma ta 'poeżija, magħrufa wkoll bħala Ruba'i. L-aktar popolari huma t-tip ta’ rimi: ABCB, AABB, u ABAB.
AABB
Ix-xemx qawwija tizreg fuq in-nies konfuza
imhawwdha ghax il-kelma imhabba hija misterjuza.
Il-qilla ta’ xita mahmuga niezla fuq art imkassbra
fuq ruhna kkundannata w minghajr mahfra.
ABCB
B’sahha qawwija l-martell laqat il-musmar
l-ghadma ixxaqqet, ghajta t’agunjia
b’demgha shuna minn cassi l-ghajnejn
l-ebda vendetta u lanqas simpatija.
ABAB
X'jiswa li nintrabtu ma’ hajja minghajr tama
galadarba jrid jasal il-jum it-tmiem,
il-boghod johduna x'imkien mudlama,
wahedna maqfula minghajr sliem.