top of page

MINGHAJR HNIENA

Jien ragel mimli dnubiet.

L-istorja tieghi ma tinstema qatt.

Hajti hlejta nigri wara n-nisa, nixrob u nixxala.

Tliet vizzjijiet tant qarrieqa u giddiba.

Giddiba, giddiba u ghal dejjem giddiba.

U Alla?

 

Alla m'ghandux hniena ghalija.

Meta nfried minn mal-familja,

Meta kont guvnott.

Thallat ma nies strangiera.

 

Isolat f'postijiet mdalma,

fil-kwiet,

minghajr skop.

Mixhut fl-art nirrifletti n-nuqqasijiet tieghi,

Fejn wassalni x-xorb u s-sess.

 

Infittex il-paci f'postijiet mohbija.

Alla m'ghandux hniena ghalija.

 

Fittixtu biex il-fidwa nerga nsib,

Forsi nsib il-mahfra,

Izda ma nircievi l-ebda offerta.

 

U nibqa bi hsieb solitarju f'mohhi minghajr sodissfazzjon

Niddikjara,

Meta kien hemm zmien li lil Alla ghobodtu,

Kien hemm zmien li hajti ridt nintem,

Alla m'ghandux hniena ghalija.

 

Issa s-snien twal ghaddew minghajr waqfien,

U jien ghadni konfjuz

Issa kwazi xjaht,

It-triq li tohodni fi hdan Alla hija difficli.

Ghaliex tlift il-mappa,

Tlift il-kumpass,

U ninsab mitluf ghall dejjem.

 

Nipprepari ruhi ghal-ahhar sentenza.

Sentenza iebsa.

Sentenza harxa.

Sentenza krudili.

 

Minghajr ma nintebah li qed nibki ghax irrabjat,

U nishet l-ezistenta.

Ghalissa ghadni hawn,

Ghandi inferfer,

bhal ftila li tnemnem bilmod il-mod,

ghaliex Alla ma baqalux hniena ghalija.

bottom of page