top of page

GIZIMINA MINN GOT-TIEQA

Hallini nigi ghandek,

gizimina li tixxeblek
mat-tahbita illi ttektek minn go qalb kollha passjoni.
Hallini nigi ghandek,

b'ghajnejn kollha mhabba
Xufftejn imhammra,

lewn nar li baqa' jkebbes;
nar li tul is-snin ma ntefhiex.
Hallini nigi ghandek,

infewwahlek dan il-lejl
lejl imdallam;

bil-karba tas-solitudni
u d-dieqa illi ssawret go l-ezilju

lli hakem il-ruhek.
Tini cans u niehdok mieghi fil-holma ta l-imghoddi,
ghal darb'ohra inti l-valtz ta farfett ikkulurit
bejn in-nida illi ccarcar

ma kull werqa tar-rebbiegha;
Ghal darb'ohra inti gwienah li jittajru
boghod mil-linji fuq il-wicc u t-toghma qarsa.
Tini c-cans u terga' thoss it-taqtir tax-xemx jinhall
fuq huggbejn

li jafu storja u l-imrar ta xufftejn kiesha.
Ghatini c-cans ghalaq ghajnejk,

hu n-nifs mill-pulmun tieghi
Sar petalla minn blanzun li ma jidbhielx..
Hallini nigi ghandek

qabel jisbah zernieq gdid
gizimina nittawwalek minn got-tieqa.

bottom of page